Id-Demokrazija tagħna, hemm tama għaliha?

Demokrazija. Kelma li ilna nisimgħu biha minn meta konna għadna żgħar, iżda li ftit minnha jafu tassew x’inhi, kif tinżamm, u x’tiswa’. Id-definizzjoni eżatta ta’ Demokrazija hija sistema governamentali fejn il-poplu kollu jmexxi permezz ta’ rappreżentanti eletti.

Din id-definizzjoni nistgħu naqsmuha f’żewġ partijiet prinċipali. L-ewwel parti hija dik li “l-poplu kollu jmexxi” u t-tnieni hija dik li dan iseħħ “permezz ta’ rappreżentanti eletti”.

F’dan l-artiklu, nixtieq li niffukaw propju fuq il-parti li aħna direttament responsabbli minnha bħalha ċittadini ta’ pajjiż “demokratiku”, u din hija li nassiguraw li tassew huwa l-poplu kollu li qed imexxi. Jeħtieġ li nagħmlu dan għas-sempliċi raġuni li jaqbel li l-ewwel nagħmlu l-biċċa tagħna, imbagħad nidħlu fil-fini ta’ politika u mexxejja (ie. rappreżentanti) iktar tard fil-mixja tagħna lejn demokrazija funzjonabbli.

“sistema governamentali fejn il-poplu kollu jmexxi permezz ta’ rappreżentanti eletti”.

L-ewwel pass li wieħed għandu jagħmel huwa li jirrealizza li d-demokrazija, mhux biss f’Malta imma fid-dinja kollha, qiegħeda tfalli. Iż-żmien li fih id-demokrazija kienet għaddejja minn żmien tad-deheb u prosperita’ għadda.

It-tieni pass huwa li wieħed jirrealizza l-kaġun ta’ dan il-falliment gradwali tas-sistema demokratika tagħna, Aħna. Iva, aħna ċ-ċittadini. Id-demokrazija qiegħeda tfalli mhux għax m’hijiex sistema tajba jew għax il-mexxejja f’daqqa waħda saru ħżiena fejn qabel kienu tajbin, imma għax il-poplu nqata’ minn magħha. Dan huwa fenomenu li forsi wieħed isibha diffiċli biex jipproċessah, għaldaqstant hawn qed nippreżentalek analoġija ċkejkna, u nistiednek tirrifletti fuqha bil-mod li tixtieq int.

Bħal siġra fir-rebbiegħa d-demokrazija hija b’saħħitha, u bħall-għeruq tal-istess siġra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiż demokratiku bħal Malta huma b’saħħithom u essenzjali. Issa, jekk id-demokrazija hija siġra u l-

istituzzjonijiet l-għeruq, mela aħna l-art, il-ħamrija li fiha kibret u li biha ssostni ruha d-demokrazija. Għaldaqstant, mal-mument li aħna nieqfu nieħdu ħsieb, nħarsu, nipproteġu u nħaddmu d-demokrazjia, inkunu għamilna bħall-ħamrija li nixfet u taret mar-riħ. Mingħajr l-ħamrija tagħha, dik is-siġra tant b’saħħitha li tkellimna fuqha l-ewwel issa sfat biss biċċa injama mejta u tqila mal-art.

Mela hemmhekk rajna kif aħna, u mhux ħaddieħor aħna responsabbli mitejn fil-mija tad-demokrazija tagħna. Issa jmiss it-tielet pass, li lil din is-siġra nieqfu nagħmlulha l-ħsara. Kif tafu l-gżejjer tagħna ilhom mill-bidu nett imjassrin bil-ħakma tal-polarita’ politika, u din il-polarita’ għandha rwol tagħna fil-qtil tad-demokrazija. Hija diffiċli li nirrealizzaw, veru, imma l-qasma partiġġjana f’pajjiżna tagħmina. Għal darb’oħra, se nispjegaha mingħajr partiġġjaniżmu (jekk innutajtu, l’ebda partit ma kien imsemmi s’issa, għaliex il-loġika f’argument hija kif għandna nħaddmhu d-demokrazija tagħna, u mhux billi ngħajru l’xulxin bir-riżultati ta’ elezzjoni). It-tendenza tagħna li naffiljaw ruħna ma’ partit wieħed ilha magħna għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Din iġġib magħha sens ta’ identita’ fil-Maltin u Għawdxin, li jassoċċjaw lil partit tagħhom ma’ tista’ tgħid it-tieni familja. Hawnhekk il-politika tinżel fuq livell emozzjonali. Il-fatt li aħna nsiru tant dedikati għas-suċċess tal-partit, jagħmilna naħsbu li qegħdin nieħdu sehem attiv fid-demokrazija tagħna, le? Il-fatt hu, li meta nagħmlu dan, inkunu qegħdin ndawru lilna nfusna b’ħitan li jisseparawna mill-bqija tal-poplu li ma jaħsibiex bħalna. Dan ifisser li l-poplu ma jkunx qed jaħdem flimkien, sewwa? Issa jiena nistaqsi, jekk il-poplu m’huwiex jaħdem bħalha poplu, imma bħalha żewġ fazzjonijiet, mela kif jista’ jkun li “l-poplu kollu imexxi”?

Naturalment, din hija biss spjegazzjoni relattivament wasira biex tipprova tiddeskrivi ħaġa li tista’ ddum tiddiskutieha s-siegħat….iżda

xorta waħda, mar-realizzar ta’ dan kollu, wieħed jinduna waħdu li iva, għad hemm tama għad-demokrazija tagħna, iżda din it-tama tista’ timmaterjalizza ruha biss jekk aħna nidħlu fix-xena b’mod responsabbli, jekk iċ-ċittadini jibdew jiddefendu d-demokrazija tagħhom, fejn partit, speċjalment jekk ikun fil-gvern imma anke jekk

ma jkunx, ma jkollux is-saħħa li, permezz tax-xiri u l-klienteliżmu jdawwar il-fehema tan-nies u jikseb vantaġġ inġust fuq l-ieħor. Hija ħaġa diffiċli li aħna nirranġaw dak li ilu ġej tant u tant snin, iżda aħna li tant inħobbu nsejħu lilna nfusna kburin b’pajjiżna, għandna dmir sagru li naħdmu mingħajr waqfien għad-demokrazija u mhux għal partit, għan-nies u mhux għalina, għal Malta.

Advertisement

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s