Kunċert fl-għerien tal-parlament

Talent sfrenat : biex idoqqu l-istess erba’
noti monotoni. Tas-soltu. L-istess.

Kliemhom idur ma’ lsienkom
bħalma ż-żnażan daru mal-pjanu
għexieren ta’ snin ilu.
Iħarsu. Ivenvnu. Jilletikaw.
Fuq min se jniggżu l-ewwel.

Ħallejtuhom jissikkawlkom l-ingravata
u poġġewkom bilqiegħda b’vjolin
taħt geddumtkom
u daqqejtulhom
b’ħajr.

U b’biża’. B’ħafna biża’, daqqejtulhom.
Għax kull darba li żgarrajtu nota,
għajtu magħkom.
Kexkxukom. Werwrukom. U intom,
daqqejtu mill-ġdid

l-istess għanja żgarrata tal-ewwel.
L-istess erba’ noti tas-soltu.
Bl-istess ingravata.
U bil-biża’ ta’ dejjem.

Written by: Klara Vassallo

(This article was originally written on civilsocietymt.com)


HAVE AN INTEREST, IDEA, OR AN OPINION?

Do you have an interest you’d like to tell others about? Or an opinion you’d like to share with the world? From politics to culture and sports, message us if you would like your articles published!

Advertisement

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s