Mar-raxx tal-mewġ’ hemm jien u binti

Ismagħha titħabat mal-mewġa
ismagħha titriegħed bejn l-irwiefen
ta’ qalbha

se nitlaq, le mintix, se nibqa’,
le mintix – iva le iva le iva le

ħelwa dil-logħba tal-għażla
gustuża għax ma tantx nafha –
jew jekk nafh’ insejtha –

ilgħabli d-damma għax mhux inlaħħaq
ma’ oħtok, ma’ ħuk, mal-gvernaturi:
mhux inlaħħaq ngħattilkom widnejkom
kollha f’daqqa biex fikom ma titwelidtx:
it-twerwir mill-bombi – l-attakki ta’ mal-lej’:
it-tkexkixa ta’ taħt il-liżari
“ma, fej’ mortli, fej’?”

Qisni nafha dit-tikriba ta’ binti tmut bil-bard:
taċ-ċekċika f’qiegħ id-dgħajsa – ilgħabli waħda
forsi jirnexxieli nirbaħ waħda mill-għexieren
tal-gwerriet – se nibki biex forsi lil qalbi
ma ngħerriqhiex. Le mintix –

‘kk tkompli żżid
it-taqtiriet fil-baħar u
tgħerreq lil bintek miegħek

lili m’għandhom x’jambuni – bla isem bla pajjiż
bla dar bla familja bla saqaf imma mal-baħar:
mal-baħar dejjem kuntenti, nikkonvinċik, binti
tibżax ħanini dak mhux ser jibilgħek – dak iħobbok,
ngħidlek

ħallih jiblagħni l-baħar, għax inti ma tridnix
u meta terġa’ tiftaħ qalbek, mis-sakra li sakkartha
oħroġ imxi max-xatt, ħoss ir-raxx ma’ wiċċek kiesaħ
dik se tkun id-demgħa tiegħi u ta’ binti – għax int
ħallejtu jiblagħni

Written by: Klara Vassallo

(This article was originally written on civilsocietymt.com)


HAVE AN INTEREST, IDEA, OR AN OPINION?

Do you have an interest you’d like to tell others about? Or an opinion you’d like to share with the world? From politics to culture and sports, message us if you would like your articles published!

Advertisement

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s