‘Anġlu’

‘Anġlu‘ – “Spirtu immortali sopra-naturali” jew “protettur tal-bnedmin”. Hekk id-dizzjunarju jiddefinixxi anġlu.

F’pajjiżna kien spiċċa f’ħoġorna anġlu, anġlu li ilhom jiddu dnubietu minn qabel l-elezzjoni tal-2013. Dak iż-żmien ma konniex nafu x’qed jgħid meta rrefera għall-‘fourth floor meetings’. Illum sirna nafu aħjar il-komplott li kien qed jiġi pjanat wara bibien magħluqa. Fetaħ ħalqu u l-anġlu spiċċa mibgħut minn Muscat biex jippresedi l-Kamra tar-Rappreżentanti. X’saħħa sopra-naturali dik. Immortali tgħid?

Illum spiċċa f’ħoġorna anġlu ieħor. Anġlu fit-tmun tal-Korp tal-Pulizija. Int ukoll bagħtuk b’xi saħħa sopra-naturali? In-nies qiegħda tistenna, tara jekk intix ser tkun il-protettur tal-bnedmin, jew jekk intix ser tkun il-protettur ta’ xi bnedmin. Inti wkoll għandek saħħa sopra-naturali. Saħħa li biha tista’ tifni l-impunita’ u treġġa’ lura l-ġustizzja kif jistħoqqlu dan il-pajjiż. Meta ser jerġa’ jkollna togħma ta’ x’inhi ġustizzja?

Nafu żgur li immortali mintix għaliex ġejt mogħni b’sena probation. Jekk iddejjaqhom x’ser jiġri? Nafu wkoll pero’ illi n-nies qiegħda warajk tistenna li tagħmel xogħlok li tkun il-gwardja tal-verita’. Tkunx biss spirtu, spirtu li jaħdem għal erba’ min-nies biss. Qed nistaqsu wisq? Kull ma rridu protettur tal-bnedmin kollha bla distinzjoni. M’hemmx bżonn xi divinita’ ta’ barra minn hawn.

(This article was originally posted on civilsocietymt.com)


The views expressed in this article are those of the author and are not reflective of ‘A Bird’s Eye View’ as a whole.


This author wished to remain anonymous.


HAVE AN INTEREST, IDEA, OR AN OPINION?

Do you have an interest you’d like to tell others about? Or an opinion you’d like to share with the world? From politics to culture and sports, message us if you would like your articles published!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s